Mit-tnedija taggħom mas-sitt snin ilu, il-European Diversity Awards saru wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi u rispettati fejn tidħol id-diversità.
Huwa avveniment li jirrikonoxxi s-suċċess ta’ individwi u organizazzjonjiet li għamlu kontribut sinnifikanti lejn l-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni madwar l-Ewropa.
Il-European Diversity Awards iressqu lejn xulxin niex mid-dinja politika, mix-xena tal-ispettaklu u mix-xena tan-negozju. Il-kisbiet huma rikonoxxuti b’rabta mal-avvanzi fid-diversità fejn jidħlu razza, età, orjentazzjoni sesswali, diżabiltà, identità tal-ġeneru u twemmin.
Il-Ministru Helena Dalli kienet nominata fil-kategorija Hero of the Year, u rebħet!
Dan il-premju jingħata lil min ikun issielet għad-diversità, ħadem biex jagħmel differenza u serva ta’ ispirazzjoni lill-ħaddieħor.
Il-Ministru kienet nominata minn fost nies prominenti:
Fl-aħħar sentejn u nofs pajjiżna esperjenza bidla sħiħa fil-kamp tal-libertajiet civili. Kambjamenti li tellawna fil-quċċata tal-klassifċi dinjin għal dak li ghandu x’jaqsam ma’ leġislazzjoni u implementazzjoni ta’ miżuri favur il-komunita’ LGBTIQ. Dawn huma sforzi li qed tirrikonoxxi saħansitra l-komunità internazzjonali.