It-Tnejn filgħaxija tkompli s-sensiela KWIR, b’episodju ieħor fuq ONE.
Waqt is-seba’ episodju, se naraw kif Lysander ikompli jfittex it-triq tiegħu u jsib ruħu f’konverżazzjoni mal-għalliema tal-P.E.,Sandra. Din l-għalliema tiftaħ qalbha miegħu dwar il-passat tagħha u kif hi iġġieldet biex tkun hi nnifisha.
Fl-episodju ta’ din il-ġimgħa, Helen issir aktar imħassba dwar il-messaġġi li qed tirċievi u l-preżenza ta’ Marie fid-dinja tagħha filwaqt li fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu, xi ħadd josserva Lysander hekk kif jitlaq mid-dar.
KWIR jixxandar it-Tnejn 17 ta’ Frar fid-8:45pm fuq ONE