Kersten Camilleri ta’ 32 sena, Simon Leyton Rachid ta’ 20 sena, Theresa Agius ta’ 56 sena u persuna oħra li isimha ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti wieġbu mhux ħatja għal akkużi ta’ theddid, serq u rikatt fost oħrajn wara li tressqu l-Qorti b’urġenza l-Erbgħa filgħodu quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Roderick Attard spjegaw kif fit-3 ta’ Diċembru, persuna partikolari li isimha wkoll ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, mar għand il-Pulizija fejn spjega li kien jinsab f’sitwazzjoni ta’ allegat rikatt u thedded u serq mill-imputati.
Fil-fatt, il-Prosekuzzjoni permezz tal-Ispettur Lydon Zammit spjegat kif il-vittma kien allegatament misruq mill-imputat Simon Leyton Rachid ġewwa residenza f’Santa Venera wara li ltaqgħu biex flimkien ikunu involutu f’attivitajiet sesswali bil-kunsens taż-żewġ partijiet.
Il-Prosekuzzjoni kompliet tispjega li l-allegat vittma ġie marbut permezz ta’ wire u nsterqitlu l-ġakketta li kellha ġo fiha mobile u flus kontanti. Dan wara li kienu involuti f’attività sesswali oħra lura f’Ottubru tal-2018 b’riżultat li kien qed jiġi allegatament mhedded minn Simon Leyton Rachid li jekk l-allegat vittma ma jagħtihx il flus, huma se jinfurmaw lill-qraba tiegħu u lil dawk li jaħdmu miegħu fuq ix-xogħol fost oħrajn, bl-attivitajiet sesswali li kien involut fihom.
Il-Prosekuzzjoni kompliet tispjega li fil-fatt, Kersten Camilleri u Simon Leyton Rachid li huma aħwa kienu t-tnejn jitolbu l-flus lill-allegat vittma. Hawnhekk, daħlu wkoll fix-xena Theresa Agius u imputata oħra li kienu jgħinu fil-ġabra tal-flus flimkien ma’ Simon Leyton Rachid hekk kif Kersten Camilleri kien jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Huma kienu jitolbu €150 kull l-aħħar tax-xahar lill-vittma meta kienet tidħollu l-paga madankollu l-Prosekuzzjoni spjegat ukoll li kien hemm drabi li talbuh aktar.
Il-Prosekuzzjoni żiedet tispjega li, l-imputata li ma tistax tisemma kienet madankollu twissi lill-allegat vittma bl-attivitajiet tiegħu u saħansitra tgħidlu “Għaliex qed ittihom il-flus ja baħnan.”
Sussegwentement, il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija ħarġet il-mandati tal-arrest fil-konfront tal-imputati u b’hekk ġew arrestati. Fil-fatt, Simon Leyton Rachid ġie arrestat ġewwa r-residenza tiegħu, Kersten Camilleri ġie arrestat ilbieraħ mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u l-imputata li ma tistax tissemma ġie arrestata mid-dar tagħha.
L-Ispettur Zammit spjega kif Theresa Agius għamlet żmien taħrab mill-Pulizija madankollu lbieraħ rrassenjat ruħha f’idejn il-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija bil-volonta tagħha.
Huma kollha wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Id-difiża b’mod kollettiv talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputati madankollu l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan fuq biża tal-intralċ tal-provi u l-fedina penali li tnejn mill-imputat għandhom, fost oħrajn.
L-imputata li ma tistax tisemma, Theresa Agius u Simon Leyton Rachid, ngħataw il-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti ordnat ukoll ordni ta’ superviżjoni fil-konfront ta’ Theresa Agius u Simon Leyton Rachid sabiex jiġu mgħejjuna joħorġu mill-vizzju tad-droga.
Rigward id-deċiżjoni ta’ ħelsien mill-arrest il-Qorti għamlet dan fuq diversi kundizzjonijiet fuq l-imputati fosthom li jattendu għal kull seduta, li ma jistgħux isiefru u jekk iridu jagħmlu dan iridu jressqu rikors, li ma jitkellmux max-xhieda speċjalment ix-xhud prinċipali u li ma jitressqux il-Qorti fuq każijiet ġodda. L-imputati ġew ukoll ordnati jiffirmaw l-għassa u li jinġabru fid-dar tagħhom għal-lejl.
L-imputata li ma tistax tissemma ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €9,000, Simon Leyton Rachid fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €11,000 u Theresa Agius fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.
Fil-konfront ta’ Kersten Camilleri l-Qorti ddeċidiet li f’dan l-istadju t-talba tal-imputat għall-ħelsien mill-arrest, m’għandiex tintlaqa’. Dan hekk kif il-Qorti qalet li mhux konvinta mill-affidabilità tal-imputat u minħabba biża’ ta’ intralċ tal-provi. Fid-dawl tal-fatt li diġa l-imputat kien ikkuntattja lill-vittma miIl-ħabs, hija avżatu biex ma jerġax ikun hemm kuntatt mal-vittma kemm fuq bażi personali u lanqas permezz ta’ terzi persuni,