Jimmy Mifsud ta’ disgħa u erbgħin sena mir-Rabat Għawdex ingħata tliet snin u disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li hedded tfajla u li fil-Qorti t’Għawdex, darab ħafif lis-sieħeb tagħha.
Fil-Qorti ntqal kif l-argument beda meta l-imputat ma riedx jaċċetta li t-tfajla ma riditx tidħol f’relazzjoni miegħu.
Ir-raġel li ġie attakkat fl-awla xehed kif l-imputat rassu mal-bieb tant li kellu jinżamm lura mill-Pulizija.
L-imputat ingħata wkoll multa ta’ mitejn u sitta u tmenin ewro u l-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tat-tfajla u s-sieħeb tagħha.