Joseph Zahra li għandu 66 sena ġie mixli li ħebb għall-pulizija wara li talab l-assistenza tagħhom.
Mingħajr kwiet f’ġismu, l-akkużat beda jgħajjat fl-awla li hu ma riedx jara lil terzi persuni fuq il-propjetá tiegħu u għal din ir-raġuni ċempel lill-pulizija.
L-ispettur Melvyn Camilleri qal li l-pulizija ma tistax topera bi trankwillità meta tispiċċa mhedda waqt il-qadi ta’ dmirijietha.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li r-raġel irid jiffirma kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa fl-għassa ta’ Birżebbuġa u kien ordnat iħallas depozitu ta’ €150 ewro u garanzija personali ta’ €900.