Raġel ta’ erbgħin sena minn Bormla ingħata sentenza ta’ dsatax –il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li hedded lil martu.
Intqal kif il-koppja għaddejjin minn separazzjoni, u fl-elfejn u għoxrin ir-raġel hedded lil martu li jekk jaraha ma’ raġel ieħor itajjarha bil-karozza.
Dan ikkonfermatu fix-xhieda tagħha binthom stess.
L-imputat ġie avżat li jekk jerġa’ jagħti fastidju lil martu jiġi mmultat sebat elef ewro.