Operatur Għawdxi u ħaddiem tal-jetskis ġew fl-idejn bil-mus wara argument jaħraq f’Kemmuna.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li dan seħħ quddiem mijiet ta’ nies li dak il-ħin kienu qed jgħumu fil-Bajja tal-Blue Lagoon għall-ħabta tat-tlieta u għoxrin ta’ wara nofshinar.
Xhieda fuq il-post qalulna li l-argument allegatament beda waqt li l-operatur beda jiġġieled b’mod agressiv ma’ klijenta, u waqt li l-ħaddiem li huwa Serb mar iwaqqfu, ġew fl-idejn
Ix-xhieda spjegaw kif wieħed mill-irġiel ħareġ il-mus waqt il-ġlieda biex allegatament darab lill-ieħor u nstema’ jgħajjat li ser joqtlu, filwaqt li gidmu u ħariġlu d-demm.
Jidher li din ma kenitx l-ewwel ġlieda bejn dawn iż-żewġt irġiel f’Kemmuna.
Fuq il-post immedjatament issejħu l-Pulizija stazzjonati fl-għassa ta’ Kemmuna li ħadu liż-żewġt irġiel fl-għassa tar-Rabat biex jiġu interrogati.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.