Serb ta’ 29 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb għas-sieħba tiegħu. Il-każ seħħ fit-13 ta’ Ottubru li gġadda għall-ħabta tas-07:30 fir-residenza tagħhom fi Triq is-Swieqi San Ġiljan. Kawża ta’ dan l-inċident bejn il-koppja, l-mara sofriet minn ġrieħi gravi.
L-imputat, Dorde Markovic, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Filwaqt li nżamm arrestat, il-Pulizija talbet fil-Qorti biex dan il-każ ikun meqjus bħala wieħed ta’ vjolenza domestika. Huwa nzamm arrestat.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Leeroy Balzan Engerer u Matthew Spagnol.