Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum fiequ ħdax-il persuna oħra mill-Coronavirus.
Dawn il-persuni li fiequ se jinżammu kwarantina biex jibqa’ jiġi assigurat li huma ħielsa minn dan il-virus.
Huma ġew iddikjarati li fiequ wara li rriżultaw fin-negattiv għat-testijiet tal-COVID-19.
Chris Fearne ħabbar il-fejqan tal-ħdax-il persuna fuq ix-Xandir Nazzjonali, wara li ftit tal-ħin qabel b’dieqa ħabbar l-ewwel mewt ta’ persuna bil-Coronvirus f’pajjiżna.
Issa n-numru ta’ persuni mfejqa tela’ għal sittax-il persuna.
Il-Ministru qal ukoll li żewġ pazjenti oħra ddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva b’kundizzjoni serja kawża tal-COVID-19.
Intant, il-Kap tat-Taqsima tal-Kura Intensiva semma wkoll li 6 minn 8 pazjenti li kienu fl-ITU ħarġu minn din it-taqsima wara li wieġbu tajjeb għall-kura li ngħataw.