Il-Pulizija tal-Polonja arrestaw madwar ħdax-il persuna wara li għamlu dimostrazzjoni għarwenin f’Auschwitz, dak li kien kamp ta’ konċentrament fi żmien in-Nażi.
Persuni fuq il-post spjegaw li dawn id-demostranti neżgħu il-ħwejjeġ, qatlu nagħġa u rabtu lil xulxin b’katina. Il-motiv wara din id-demostrazzjoni għadu mhux magħruf.
Fil-parkeġġ li jinsab f’dan il-post inħarqu ukoll splussivi żgħar. Il-gwardji ta’ sigurtà talbu lil dan il-grupp ta’ persuni biex jilbsu.
Il-Pulizija marret ukoll fuq il-post. Dawk involuti għandhom bejn l-20 u l-27 sena u l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa. Dawk arrestati kienu seba’ rġiel u erba’ nisa.