F’għeluq it-tieni jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali tal-kandidati Nazzjonalisti, daħlu ħdax-il nominazzjoni.
Fuq it-tielet distrett sabiex jimtela’ post Stephen Spiteri, tefgħu n-nomini tagħhom il-kandidat Nazzjonalisti Carmelo Mifsud Bonnici, Mary Muscat u Leone Sciberras.
Fuq il-ħames distrett sabiex jimtela’ post il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, tefa’ n-nomina tiegħu Stefan Caruana.
Għas-siġġijiet ċeduti minn Ryan Callus u Adrian Delia fuq is-seba’ distrett, tefgħu n-nomini tagħhom Rebekah-Ann Cilia u Alessia Psaila Zammit.
Min-naħa l-oħra Graziella Attard Previ tefgħet in-nomina tagħha fuq id-disa’ distrett sabiex jimtelew is-siġġijiet ċeduti minn Robert Arrigo u Joseph Giglio.
L-istess Attard Previ tefgħet in-nomina tagħha fuq l-għaxar distrett sabiex jimtela’ l-post li tbattal minn Mark Anthony Sammut.