Fl-aħħar sigħat feġġew 11-il każ minn fost 2,481 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 90 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 1,001,347 test.
Ingħataw ukoll 689,924 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 364,277 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 340,423 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.