Hendrick Albert ta’ 35 sena u Brigitte Moese ta’ 20 sena, it-tnejn b’passaport Franċiż tressqu il-Qorti akkużat b’importazzjoni u intenzjoni li jitraffikaw u li kien kompliċi bi traffikar ta’ droga kokaina. Moese ġiet akkużata wkoll bil-pusses ta’ droga.
Il-Prosekuzzjoni mmexxijja mill-ispettur Kevin Pulis spjegat kif kien hemm informazzjoni li dieħla droga fil-pajjiż. Wara li s-suspettati niżlu Malta ġew segwiti f’hotel Tas-Sliema. Kien hemm li l-Pulizija ntervjenew fejn il-persuni kienu laħqu għamlu checkin fil-hotel.
Id-droga allegatament kokaina nstabet mal-partijiet privati tal-mara.
Asaitie permezz tal-avukat Mario Mifsud wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih madankollu f’dan l-istadju ma talabx għall-helsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella ordnat l-iffriżar tal-assi tal-imputat fil-lukanda Winsor.
Brigitte Clarissa Moese studenta ta’ 20 sena residenti Franza li kienet mal-imputat u li nstab id-droga kokaina mal-partijiet privati tagħha ukoll wieġbet li mhux ħatja.
Il-Qorti wkoll ordnat l-iffriżar tal-assi tagħha u baqgħet arrestata peress li d-difiża f’dan l-istadju ma talbitx għall- ħelsien mill-arrest.
L-avukati Mario Mifsud u Lennox Vella servew bħala difiża għall-akkużati.
Anthony Licari serva bħala interpretu.