“Qatt ma kien jishoqqilkom li int u ommok tħallu din id-dinja b’dan il-mod”
Dan kien messaġġ li baqa’ jidwi fuq il-profili ta’ Facebook ta’ diversi ħbieb u familjari ta’ Angele Bonnici u ommha Maria Lourdes. Nies li jinsabu maħsuda u xxukkjati bl-aħbar li l-omm u l-bint instabu midfuna f’għalqa fi Trejqet Santu Kristu f’Ħal Għaxaq fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu .
Huma nstabu mejta b’tiri ta’ arma tan-nar u b’daqqiet ta’ arma iebsa .
L-aħħar li dehru kien nhar it-Tlieta li għadda għall-ħabta tas-7am fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq stess.
Filwaqt li sellmu l-memorja taż-żewġ persuni, diversi persuni kitbu li se jħossu n-nuqqas tagħhom, filwaqt li oħrajn qalu li se jżommu f’qalbhom il-memorji sbieħ li għandhom.
http://www.one.com.mt/2019/03/30/omm-u-bint-jinsabu-maqtula-fil-limiti-ta-hal-ghaxaq/