Ħbiberija stramba bejn fekruna bl-isem ta’ Leonardo u baqra bl-isem ta’ Simon bdiet meta t-tnejn li huma ltaqgħu f’ċentru tal-Annimali Selvaġġi fit-Tajlandja.
Leonardo kien ġie salvat minn zoo f’Bangkok fis-sena 2013 u Simon wasal fiċ-Ċentru f’Jannar li għadda wara li tilef sieq waħda kawża ta’ inċident sfortunat.
Simon kien ma ommu meta sfortunatament inqabditlu siequ qalb id-dwieli, u kawża tal-feriti li ġarrab kellha titneħħilu sieq. Minn hemm iċ-Ċentru tal-Annimali Selvaġġi fit-Tajlandja, iddeċidew li jieħdu lil Simon u joħolqulu sieq biex jimxi biha.
“Eventwalment konna se mmexxuh f’għalqa differenti fejn għandna l-baqar. Iżda ħaġa tal-iskantamenti, għamel ħbieb sew ma’ Leonardo u kull fejn imur wieħed, l-ieħor isegwi” qal rappreżentant taċ-Ċentru.
L-istaff taċ-Ċentru komplew jispjegaw kif dawn iż-żewġt iħbieb huma inseparabbli u għalkemm din il-ħbiberija bdiet ftit ilu, tidher li se tkompli għas-snin li ġejjin.