Wara waqfa ta’ ġimgħatejn minħabba l-Baġit 2019, il-logħba tat-tfittxija għat-teżor ta’ HazZzard tkompli nhar it-Tnejn 05 ta’ Novembru, fit-20:30 fuq ONE.
Kif diġà skoprejna fil-programmi preċedenti, l-avventura ta’ din is-sena ħadet għall-ewwel darba lill-parteċipanti f’ destinazzjoni ‘l barra mill-kontinent Ewropew. Destinazzjoni li toffri diversità interessanti.
Matul din l-avventura, il-parteċipanti qed jaffaċċjaw sitwazzjonijiet estremi, fostom is-sħana qawwija ħafna li tagħmel f’dan il-pajjiż tal-Lvant Nofsani.Il-parteċipanti jgħixu din l-esperjenza mingħajr l-affarijiet l-aktar essenzjali ta’ kuljum u nieqsa mill-kumdità. Mingħajr il-kumdità tal-vettura li tagħmilha aktar faċli biex tivvjaġġa u mingħajr flus.
Fil-programm li jmiss, il-parteċipanti ser jaqsmu l-fruntiera u minn Iżrael ser imorru l-Palestina.
Niskopru ħafna iktar kurżitajiet it-Tnejn fit-20:30 fuq ONE.
Sadanittant inħeġġukom issegwu l-aħħar aġġornamenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-07:50 u fil-17:20 fuq ONE.
Trid tkun protagonist f’HazZzard 2019?
Biex tapplika trid sempliċiment tidħol fil-paġna ta’ HazZzard fuq facebook u tħalli messaġġ privat. It-tim tal-produzzjoni jibgħatlek il-formula tal-applikazzjoni. L-applikant imbgħad jintalab biex jattendi għall-intervista, biċ-ċans li jintagħżel għall-programm. Biex persuna tapplika jrid ikollha 18-il sena.