Il-plejer Maltija tal-futbol Hayley Bugeja ngħatat it-titlu tal-Aqwa Plejer Żagħżugħa tas-Serie A, għal dan l-istaġun.
Hija ngħatat dan it-titlu mill-Federazzjoni Taljana tal-Futbol.
Bħalissa Bugeja, li għandha 17-il sena qiegħda tilgħab mal-klabb ta’ Sassuolo.
Fl-istaġun debuttanti tagħha, Bugeja skurjat 12-il gowl, biex b’hekk spiċċat bl-ogħla numru ta’ gowls.
Bħalissa hawn ħafna xnigħat li Bugeja tista’ tingħaqad ma’ klabbs oħra fosthom Juventus u klabbs oħra Ewropej, madankollu l-klabb ta’ Sassuolo stqarr li jixtieq li Bugeja tibqa’ mal-klabb imqar għal staġun ieħor.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela feraħ lil Haley Bugeja u qal li dak li kisbet iż-żagħżugħa Maltija huwa ta’ unur għall-pajjiżna.