Hawn kjuwijiet twal u n-nies ġew minn kull naħa tad-dinja.
Hekk spjega il-Kanċillier tad-Djoċesi ta’ Għawdex, Fr Eddie Zammit, f’kumment ma’ ONE News mill-Vatikan, dwar l-eluf ta’ nies, li żaru l-Vatikan fl-aħħar jiem.
Huwa rrakkonta magħna kif hu sellem lill-Papa Franġisku, il-Ħamis filgħaxija u tkellem dwar l-esperjenza tiegħu.
“Ilbieraħ aħna dħalna bil-lejl, xil-11:30, kien għad baqa’ kjus kbar u minn ġew minn kull naħa tad-dinja. Jien naħseb barra li jagħtu qima lill-fdalijiet ta’ personaġġ importanti, ġew hawnhekk biex jirriaffermaw deċiżjoni li jibqgħu jgħixu l-messaġġ tiegħu.”
Eddie Zammit, Kanċilier, Djoċesi Għawdex
Fr Eddie Zammit, li kien ukoll l-Assistent Personali tal-lum Kardinal, Mario Grech, qal li ħafna qed jiddiskutu kif fil-Vatikan, fl-aħħar jiem, hemm eluf ta’ nies, ta’ kull età.
“Qed jaċċettaw il-messaġġ li pprova jwassal il-messaġġ ta’ inklużjoni fil-Knisja, il-messaġġ tas-sempliċità, il-messaġġ tal-imħabba, il-messaġġ tal-Knisja, fost l-istituzzjonijiet kollha tad-dinja għadha ħafna konvinċenti dwar dan. Jiġifieri għadha titwemmen ħafna u għadha qed tiġi aċċettata bħala messaġġiera ta’ Ġesu’.”
Eddie Zammit, Kanċilier, Djoċesi Għawdex