Nirien qawwija kkawżati minn urugan, ħallew sitt persuni mejta u l-belt storika ta’ Lahaina fuq il-gżira ta’ Maui fil-Hawaii.
Eluf ta’ nies kellhom jevakwaw biex jaħarbu mid-dħaħen li hemm.
Il-Gwardja tal-Kosta Amerikana qalet li ħafna nies qabżu fil-baħar u ġew salvati mill-inqas tnax-il persuna. Il-pumpiera għaddejjin b’ħidma sfieqa biex jitfu n-nirien u jpoġġu s-sitwazzjoni taħt kontroll.
Is-Sindku ta’ Lahaina qal li din il-belt li fiha kienu jgħixu madwar 12,000 persuna. Ġiet meqruda għal kollox.
Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-gvern bagħat għajnuna lill-Hawaii biex ikompli jiġġieled in-nirien u jkompli bl-isforzi ta’ salvataġġ. Żied jgħid li d-Dipartiment tat-Trasport qed jaħdem biex jevakwa t-turisti minn Maui hekk kif madwar 4,000 turist qed jippruvaw jitilqu mill-gżira.