Hawn Malta niddsikutu l-kunċett ta’ kwota biex naraw kif jista’ jkun hemm aktar preżenza femminili.
L-Ukrajna jiddiskutu x’tip ta’ nisa qed jinħatru.
Avukata ta’ 23 sena ħolqot kommosjoni sħiħa wara li saret responsabbli minn kampanja immirata kontra l-korruzzjoni. Din hija t-tieni ħatra ta’ nisa żgħażagħ li qed jingħataw is-setgħa jmexxu aspetti importanti fil-pajjiż.
Anna Kalynchuk qanqlet kontroversja sħiħa minħabba dawk li jinsistu li għadha żgħira wisq u li m’għandhiex esperjenza.
Hi se tkun qed tmexxi dipartiment responsabbli minn uffiċjali li nstabu ħatja ta’ korruzzjoni.
Dan ftit tal-jiem biss wara li Anastasia Deyeva, ta’ 24 sena, inħatret Deputat Ministru, inkarigata mill-ogħla uffiċjali tal-Pulizija u persuni nkarigati mis-sigurtà fil-pajjiż. Anastasia tidher fir-ritratt hawn fuq fi stat modest, għalkemm ritratti tagħha bla ħwejjeġ komplew iqajmu kontroversja.
Anna Kalynchuk: