Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna nħatar Viċi Ċermen tal-Bord tal-Gvernaturi għall-perjodu 2016-2017. Scicluna serva f’din il-kariga bejn l-2014-2015.
Malta kellha l-ishma f’dan il-bank sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu, jiġifieri fl-1991. L-EBRD twaqqaf biex jagħti appoġġ lit-tranżizzjoni tas-swieq ekonomiċi u d-demokraziji wara l-waqa’ tal-ħakma komunista fil-Lvant tal-Ewropa.
Ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ dan il-bank kompliet tissaħħaħ fl-aħħar snin hekk kif pajjiżna kompla juri appoġġ lill-EBRD f’perjodu meta dan ġedded il-mandat tiegħu fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.