Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana, sabet lill-ġenituri ta’ tifla Niġerjana ta’ seba’ snin li ħames snin ilu tilfet ħajjitha kaġun ta’ marda rari, ħatja tal-mewt tagħha minħabba traskuraġni.
Sunday u Rashida Aluko ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs, sospiżi għal erba’ snin, u ġew ordnati jħallsu l-ispejjeż tal-Qorti, li ammontaw għal €3,000.
Iċ-ċkejkna Victoria mietet f’Jannar tal-2018 wara li ddaħħet malajr l-isptar minn residenza f’Ħaż-Żabbar fejn kienet toqgħod mal-familja tagħha. Din ir-residenza kienet insilfitilhom mis-sorijiet Dumnikani iżda huma ma kienu taħt ir-responsabbiltà tal-ebda entità tal-Knisja.
Wara l-mewt tat-tifla, iż-żewġ ħutha tpoġġew taħt care order.
Il-Qorti kkritikat ukoll lis-sistema għall-fatt li l-care order fuq ħut it-tifla nħarġet wara, u mhux qabel mietet.