Żewġ irġiel intabu ħatja ta’ traffikar tad-droga kokaina wara li f’Marzu li għadda instabitilhom id-droga ġewwa garaxx f’Ħal-Qormi. Alan Micallef ta’ ħamsa u tletin sena u Gordon Grech ta’ wieħed u erbgħin sena tressqu l-Qorti akkużati bil-pussess tad-droga kokaina li ma kienitx għall-użu esklussiv tagħhom. Micallef instabitlu wkoll ammont ta’ droga kannabis filwaqt li Grech kien riċediv.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras iż-żewġ irġiel amettew l-akkużi miġjuba kontrihom filwaqt li saħqu li d-droga misjuba kienet inxtrat bil-għan li tinqasam bejniethom.
Kien għalekk li Micallef inagħta multa ta’ tmien mija u ħamsin ewro u inagħta l-liberta proviżorja fuq numru ta’ kundizzjonijiet filwaqt li Grech weħel multa ta’ seba mija u ħamsin euro flimkien ma tletin xahar probation.