Malti ta’ 22 sena u Eġizzjan ta’ 17-il sena tressqu l-Qorti wara li ġew mixlija li ġġieldu ma’ grupp ta’ Franċiżi f’Paceville.
Quddiem il-Magistrat Caroline Farrugia Frendo, iż-żewġ żgħażagħ wieġbu li huma ħatja li kkaġunaw ġrieħi ħfief lil numru ta’ Franċiżi.
L-avukati tal-akkużati qalu li ż-żewġ żgħażagħ intlaqtu mill-Franċiżi waqt li dawn kienu qed jiġġieldu bejniethom fit-triq u spjegaw li ma ntużaw l-ebda armi.
Il-Qorti sabet liż-żewġ żgħażagħ ħatja. Illiberat lill-Malti bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 3 snin u lill-Eġizzjan bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien 18-il xahar.
Ritratt: Sunday Mirror