Saida Agius Idy ta’ 42 sena li tgħix San Pawl il-Baħar intbagħatet 4 xhur ħabs wara li wieġbet mhux ħatja li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest il-Ħadd filgħaxija.
Fil-Qorti intqal kif l-akkużata nstabet barra fl-9:400 ta’ filgħaxija wara li suppost kellla tkun id-dar sad-9:00 ta’ filgħaxija.
Min-naħa tagħha, l-imputata qalet li kellha tiltaqa’ mal-Avukat tagħha iżda din ma tfaċċatx. Qalet li kienet se taqbad taxi biex tmur id-dar qabel ma nstabet mill-Pulizija.
Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska ta’ €1,000 f’depożitu u €4,000 f’garanzija personali dwar każ li għadu qed jinstema’ fejn l-imputata qed tkun mixlija li darrbet uffiċjal tal-Pulizija.