Żagħżugħa Ingliża ta’ 19-il sena nstabet ħatja talli gidbet li ġiet stuprata minn grupp ta’ 12-il żagħżugħ Iżraeljan f’Ayia Napa, Ċipru. Hija ġiet arrestata wara li waqqet l-allegazzjoni tagħha dwar l-istupru.
Iż-żgħażugħa qalet li l-pulizija Ċiprijotta ġgħelitha tati stqarrija falza dwar l-inċidenti, iżda l-pulizija ċaħdet din l-allegazzjoni.
L-Imħallef fil-qorti Distrettwali ta’ Famagusta aġġorna s-sentenza għas-7 ta’ Jannar. Iż-żgħażugħa tista’ taffaċja sa sena ħabs u multa ta’ 1,500 sterlina. L-avukati tal-Ingliża talbu biex tingħata sentenza sospiża.
Ritratt: AFP