Il-fundatriċi Amerikana tal-kumpanija Theranos, Elizabeth Holmes, instabet ħatja li ffrodat lill-investituri tal-kumpanija tagħha. Dan wara li tressqet il-Qorti f’Kalifornja bi 11-il akkuża.
Hija ċaħdet l-akkużi kollha kontriha li jistgħu jibgħatuha sa massimmu ta’ 20 sena ħabs għal kull akkuża.
Holmes kienet gidbet dwar tekonoloġija ta’ testijiet tad-demm li kienet qed tiżviluppa l-kumpanija li tmexxi, fejn kienet anke wegħdet li din it-tekonoloġija se tbiddel l-industrija tas-saħħa.
Madanakollu, dawn il-wegħdiet fiergħa bdew jiġu mminati lura fl-2015 meta rapport investigattiv mill-ġurnal influwenti Wall Street Journal ikkonkluda li t-tekonolġija tat-testijiet tad-demm, li jittieħdu minn titqiba simili ta’ kif jiġi ttestjat iz-zokkor fid-demm, ma ħadmitx.