Raġel ta’ 33 sena mill-Mauritius weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li tressaq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn b’serq aggravat.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif huwa allegatament seraq aktar minn mitt elf ewro minn fuq vapur li kien sorġut fit-Tarzna ta’ Palumbo, Bormla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnatlu wkoll li ma jistax jerġa’ jidħol f’Malta jew fiż-Żona Shengen fil-ħames snin li ġejjin.