Joseph Bugeja ta’ 50 sena mill-Imġarr instab ħati li saq b’mod perikoluż u li ta fastidju lil Martin Chetcuti.
Il-każ seħħ lura fl-2014 meta l-akkużat ried iwaqqa’ ħajt li wassal lil Chetcuti jirrapporta kollox lill-Pulizija. L-akkużat saq trakk u kien propju hawn li allegatament Chetcuti ntlaqat bil-mera, li kkawżatlu ġrieħi ħfief.
Wara li semgħet ix-xhieda kollha, il-Qorti kkonkludiet li l-intenzjonijiet ta’ Bugeja ma kinux li joqtlu lil Chetcuti u l-kawża tal-inċident innifsu kien żball fil-ġudizzju. Fl-istess waqt innutat li t-tensjoni bejn iż-żewġ naħat kienet ilha għaddejja.
Għalekk il-Qorti mmultat lil Bugeja mitejn u tnejn u tletin ewro, kien ordnat iħallas aktar minn elfejn u erba’ mija u tnejn u erbgħin ewro fi spejjeż tal-qrati, issospendietlu l-liċenzja għal tliet xhur filwaqt li tat tliet snin protezzjoni lil Chetcuti.