Priġunier fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ntbagħat xaharejn ħabs wara li l-Qorti ċaħdet l-appell u sabitu ħati ta’ moħqrija fuq kelb waqt li kien qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija.
Il-każ seħħ f’Settembru tal-2012 meta Oglive Grima samat lill-kelb li kien il-ħabs bil-misħun jagħli.
Il-Qorti kkonfermat is-sentenza tal-ewwel qorti bl-Imħallef Giovanni Grixti qal li l-aġir tal-imputat ikkawża tbatija bla bżonn fuq il-kelb.