Żagħżugħ ta’ 25 sena ġie mmultat mal-elf u mija u sittin ewro wara li nstab ħati li laqat liz-zija tal-għarusa tiegħu waqt li kien qed jirriversja. Il-każ imur lura għall-2021, fil-Furjana meta ż-żagħżugħ kien qed jipprova jipparkja.
Il-vittma xehdet kif għamlet ħames xhur l-Isptar kawża tal-aċċident, filwaqt li stqarret kif ma trid xejn mingħand iż-żagħżugħ.
Madankollu, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, innotat kif il-provi juru li ż-żagħżugħ ma kienx attent u b’hekk instab ħati. Apparti li kien ordnat iħallas l-multa, iż-żagħżugħ kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt ġimgħat u tmien punti fuq il-liċenzji tiegħu.