Elton Buckingham ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal 28 xahar wara li nstab ħati li ħebb għal mara u darabha ħafif.
Huwa ħebb għall-mara, ta’ nazzjonalità Brażiljana, għax din ma ġabritx il-ħmieġ li ħalla l-kelb tagħha quddiem id-dar tiegħu, f’Ħ’Attard.
Buckingham, li huwa pulizija, ġie mixli wkoll li beżżagħha u ħebb għaliha, li kiser il-paċi pubblika, u li wettaq reat li bħala uffiċjal pubbliku kellu jara li ma jseħħx.
Il-vittma xehdet li kienet mart l-akkużat li qabditha minn idha, u mbagħad kompla r-raġel. Dan filwaqt li pprova jirriversja l-karozza għal fuqha meta bdiet tieħu ritratti tal-karozza.
Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li temmen lill-vittma, u mhux lill-imputat, għax din baqgħet dejjem konsistenti.
Hu biss minħabba l-fatt li jidher li dan l-għemil kien out of character u seħħ minħabba li l-imputat u familtu kienu ilhom jiġu soġġettati għall-għemil illegali u moqżież, li l-Qorti ma tatx piena aktar ħarxa.