Ryan Bartolo, ta’ 33 sen,a ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal tliet snin u multa ta’ €12,000 wara li nstab ħati li biegħ fuq l-internet pirmli tal-Viagra misruqa minn fabbrika tal-farmaċewtika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bartolo ġie mixli b’kompliċità fis-serq ta’ mediċina mill-fabbrika Actavis, li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa, u li pprova jbigħhom, fost oħrajn.
Hu nqabad wara investigazzjoni li saret mis-Cyber Crime Unit li sabet kif l-IP address marbut mar-reklamar fuq Maltapark kien ta’ residenza f’Birżebbuġa li fiha kien joqgħod Bartolo.