Raġel li ġie akkużat b’pedofelija vjolenti għamel toqba fil-ħajt fir-residenza tiegħu biex jaħbi lil tifla ċkejkna li kien qed jabbuża. Fis-sentenza tagħha l-Qorti bagħtet lir-raġel 27 sena ħabs wara li ġie akkużat li wettaq numru ta’ reati sesswali.
Fis-smigħ ta’ dan il-każ, il-Qorti semgħet li r-raġel ta’ 57 sena kellhu fil-mira tiegħu erba’ vittmi.
Il-maġistrat Tony Briggs qal li x-xhieda turi li huwa raġel manipulattiv u minn dejjem kien dominanti. Ir-raġel kien iwettaq dawn ir-reati sesswali f’numru ta’ postijiet madwar il-pajjiż fosthom f’dar f’Mottram, Greater Manchester. F’Jannar li għadda l-istess raġel instab ħati ta’ għaxar każijiet ta’ molestja, li żamm il-vittmi kontra r-rieda tagħhom.
Biex jaħbi lit-tifla, l-akkużat kien juża borża mimlija trab biex jgħatti t-toqba li fiha kien iżomm liċ-ċkejkna, filfatt il-Pulizija fittxet fid-dar tal-akkużat disa’ drabi mingħajr ma sabet lit-tifla. It-tifla kienet diġa abbużata minn familjari tagħha u kien għalhekk li ħarbet mid-dar, informazzjoni li Dunn kien jaf iżda xorta għażel li jkompli jabbużha.
Huwa stupra ukoll vittma oħra, u kien juża l-vjolenza fuqha bosta drabi filwaqt li kien iżommha msakkra fid-dar. Il-Maġistrat qal li dan il-każ kien wieħed makabru hekk kif ir-raġel kellhu l-qalb li jerġa’ jabbuża minn tifla diġa abbużata.