L-Awtorità tax-Xandir ma laqgħetx ilment ta’ Kevin Cassar li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami u li fi programm fuq ir-radju tal-Knisja tkellem fuq Adrian Delia u kemm kien importanti li dan tneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Cassar ilmenta għall-kummenti li saru fil-programm Pjazza mxandar fuq ONE.
L-Awtorità nnutat li Kevin Cassar qatt ma talab għal dritt ta’ risposta dwar kummenti li sejjaħ mhux veritieri.
Irrimarkat li skont il-liġi huwa kellu d-dritt li jitlob għal dritt ta’ risposta iżda dan ma għamlux.
L-Avukat Dr Jonathan Attard deher għall-istazzjon ONE.