F’jum l-Għid, ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar sostna li d-deputat Nazzjonalista Għawdxi Alex Borg qiegħed jifred lill-Partit Nazzjonalista, waqt li qed jimmina lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Dan ħareġ ċar f’kitba ta’ opinjoni fuq il-Malta Independent, fil-ħarġa tagħha tal-Ħadd, bit-titlu “Why was Alex Borg so offended?”
Dan għaliex skont Cassar, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech beda juri reżistenza lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia. B’Cassar ikompli mal-establishment Nazzjonalista u sejjaħ lill-Ispeaker bħala “partiġġjan”.
Ħaten Beppe Fenech Adami qal kif Bernard Grech kien qed jaħdem sabiex juri l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista, waqt li d-deputat Nazzjonalista Alex Borg ikkritika pubblikament l-imġieba tal-kollegi tiegħu fil-Parlament.
Kevin Cassar tenna li d-deputat Nazzjonalista Alex Borg hu żleali lejn il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, waqt li saħaq li bl-imġieba tiegħu, Borg qed jimmina lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Sostna li Borg mhux qed jimmina lill-Kap Nazzjonalista warabibien magħluqa, iżda pubblikament.
Hawnhekk Kevin Cassar, esponent ewlieni tal-fazzjoniestremista Nazzjonalista u l-għaqda Repubblika, kien iddeskrivalid-deputat Nazzjonalista Alex Borg, li hu qrib l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, bħala żiemel ta’ trojja. Simili għal kif l-establishment Nazzjonalista kien għajjar lil Delia ftit qabelma qaċċtuh minn Kap Nazzjonalista.
Fil-kitba ta’ opinjoni, Kevin Cassar semma lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia u Joe Giglio, li skont Cassar ġabu lil Borg jidher tal-vittma, għaliex qabżu għalih fuq il-midja soċjali.
Ftit tal-jiem ilu, ONE News staqsa lil Cassar dwar il-kitbiet tiegħu, iżda ma weġibniex.
ĠURNALIST: “Prof. nixtieq nistaqsik fuq suġġett differenti, inti tissapportjah lil Bernard Grech?”
KEVIN CASSAR: “Ma naħsibx li huwa l-lok.”