Inċident tat-traffiku seħħ fi Triq il-Labour, ħdejn il-Knisja tal-Ħniena.
Aktarx li persuna taha ħass ħażin hi u ssuq, b’konsegwenza li baqgħet dieħla f’karozzi li kienu pparkjati. Aktarx li kien hemm mill-inqas tliet karozzi li ntlaqtu.
Il-persuna li kienet qed issuq ittieħdet l-isptar Mater Dei.
Dan seħħ għal ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu.