L-Malta Tourism Authority flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq imwejjed li qegħdin fuq is-simenta tal-bajja tal-Għadira.
Tlett ġimgħat biss wara li tlesta dan ix-xogħol, dawn l-imwejjed spiċċaw vandalizzati. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti, l-imwejjed kollha sfaw maħruqa.
F’kummenti lil one.com.mt, is-Sindku tal-Mellieħa, John Buttiġieġ, ura d-dispjaċir tiegħu għal dan l-att, huwa stqarr li l-Kunsill huwa dispjaċut li wara li l-Kunsill jagħmel ħafna spejjeż u jinvesti biex jiprovdi servizzi aħjar, isiru atti ta’ dawn it-tip. Il-Kunsill fil-jiem li ġejjin se jkun qed jirranġa l-ħsara li saret filwaqt li tinvestiga x’kienet ir-raġuni wara dan il-vandaliżmu. Huwa stqarr li hija ħasra li n-nies għadhom b’din il-mentalita’.