Forsi l-iktar aħbar stramba qatt irrapportata minn mezzi tax-xandir internazzjonali kbar, bħall-BBC.
Raġel bagħat brama lill-Pulizija Awstraljana għaliex ħaseb li kienet “breast implant” u li fiha kien hemm evidenzi dwar każ kriminali.
Ir-raġel bagħat “oġġett tond ġo basket” lill-uffiċjali f’Maroochydore, aktar kmieni l-ġimgħa d-dieħla. Ħaseb li kienet ġejja minn xi impjant f’sider xi mara li kienet għerqet jew inkella li kienet inqatlet.
Il-Pulizija bdew ħidma minnufih minħabba l-allegazzjoni li seta kien sar inċident jew delitt – iżda irriżulta li kienet brama li wieħed jista’ faċilment isib fi Queensland. Tip ta’ brama li tirrita l-ġilda meta tmissha, imma mhix perikoluża. Probabli r-raġel tfixkel għax il-brama spiċċat mingħajr tentakli, aktarx għax ittieklu mill-ħut jew riżultat tal-impatt tal-mewġ.