Mat-tokki ta’ nofsillejl, priġunieri Sirjani ħasbu li se joħorġu miċ-ċella tagħhom biex jiġu trasferiti f’ċella oħra fil-ħabs ta’ Saydnaya, iżda minflok qed spiċċaw maqtula.
Fis-satra tal-lejl, b’għajnejhom mgħottija, l-priġunieri ma kienux jafu x’se jsir b’ħajjithom jew jekk kienux jinsabu fil-periklu sakemm iħossu l-mażra ma għonqhom.
Amnesty International qalet li minn tal-inqas tlettax-il elf persuna, inqatlu f’ħabs fis-Sirja. Dan ifisser li darbtejn f’ġimgħa allegatament inqatlu ħamsin persuna f’dan il-ħabs.
Figuri li huma ibbażati fuq investigazzjoni ta’ sena li matula ġew interrogati madwar 84 persuna li jinkludu uffiċjali tal-ħabs, avukati, ġudikanti kif ukoll numru ta’ ħabsin. Ir-rapport juri ukoll li l-maġġoranza tal-persuni li nqatlu kienu jopponu l-Gvern.
Amnesty International qalet li l-allegat qtil kien awtorizzat mill-Gvern Sirjan. Fil-passat, il-gvern ċaħad il-qtil jew li ttratta ħażin lil dawk li kienu qed jinżammu fil-ħabs.