Ir-Renju Unit għandu dritt tikkontrolla l-fruntieri tiegħu. Din hija stqarrija li mistennija tagħmel Theresa May quddiem mexxejja minn madwar id-dinja, hi u twissai li mijiet u eluf ta’ immigranti ekonomiċi qed jagħmlu tabirruħhom li huma refuġjati.
Il-Prim Ministru Ingliż mistennija tagħmel dan id-diskors waqt assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fin il-ġimgħa. Mistennija tkun ħarxa fuq il-mod li biħ id-dinja globali qed tirreaġixxi għall-migrazzjoni. Temmen li pajjiżi tal-punent qiegħdin biss jitrattaw is-sintomi tal-kriżi u mhux il-kriżi infisha.
Skont rapporti fuq ġurnali Ingliżi, Theresa May għandha tgħid li kull pajjiż għandu responsabilità li jħares il-fruntiera tiegħu, biex inaqqas l-immigrazzjoni illegali u dik mhux kontrollata. Se twissi li jekk mhux se ssir distinzjoni bejn refuġjati u dawk li jemigraw għal raġunijiet ekonomiċi, se jkomplu jitħallsu gruppi kriminali li jdaħħlu n-nies l-Ewropa biex jitolbu l-ażil.