L-eks produttur tal-films, Harvey Weinstein, ġie kkundannat 23 sena ħabs wara li nstab ħati fuq stupru u fastidju sesswali.
Fuq siġġu tar-roti, Weinstein deher fraġli ħafna u qal li ddispjaċih għal dak li għamel.
Kienu bosta nisa li resqu ‘l quddiem u rrakkontaw l-esperjenzi qarsa li għaddew minnhom minħabba Weinstein.