Inqegħdu l-ugwaljanza tal-komunita’ LGBTIQ fil-prattika.
Din kienet it-tema tal-konferenza stampa bejn l-Unità għall-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (SOGIGESC) u l-Ministeru tar-Riformi u l-Ugwaljanza.
Fil-konferenza ġie diskuss l- implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni LGBTIQ 2018-2022 . Dan kien jinkludi aktar minn ħamsin miżuri, li kienu mmirati biex jintegraw l-ugwaljanza LGBTIQ f’numru ta’ sferi tal-ħajja bħall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa, u l-isport .
Il-Kap tas-SOGIGESC, Gabriella Calleja qalet li f’Malta permezz ta’ diversi strateġiji li saru u li qegħdin isiru fil-qasam tal-LGBTIQ, Malta qed titjieb f’dan il-qasam.
Michael Camilleri, id-direttur tad-Direttorat tad-drittijiet tal-bniedem qal li Malta għandha tkompli taħdem fuq il-komunita tal-LGBTIQ. Hu qal li Malta għandha tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra.
Preżenti kien hemm ukoll s- Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg. Hi qalet li ħadmet u se tkompli taħdem biex jitjiebu d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.
L-Unità għall-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess (SOGIESC), twaqqfet f’Ġunju tal-2018 biex tikkordina l-politika tal-gvern fil-qasam tal-ugwaljanza LGBTQ.