Bħal llum għaxar snin ilu, stħarriġ ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea kien wera li l-prezz tal-enerġija huwa l-ikbar kawża ta’ tħassib fost il-Maltin.
Dak iż-żmien, il-Maltin kienu “estremament inkwetati”, bis-surcharge tal-Gvern fuq l-elettriku jlaħħaq l-64%.
Illum l-istorja inbidlet. Il-prezzijiet tal-enerġija ma jissemmewx bħala fattur inkwetanti fost il-Maltin u l-Għawdxin, fl-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru ppublikat is-sajf li għadda.
Illum-il ġurnata ġara dak li ħaddieħor kien isejjaħlu Alice in Wonderland – il-prezzijiet tal-enerġija huma irħas mill-medja Ewropea u garantiti li jibqgħu stabbli. Dan fl-istess waqt li tinqata’ d-dipendenza fuq l-aktar żejt li jniġġeż.