L-impressjoni li qed tipprova tipromwovi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li l-Gvern preżenti kellu suċċess ekonomiku fuq xiex jibni, hija illużjoni.
Dan kien is-sentiment li spikka f’analiżi ekonomika fil-gazzetta Kullħadd li emfasizza kif sal-elfejn u tlettax pajjiżna kellu ekonomija li kienet qed tikber b’mod minimu ħafna u l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, l-elfejn u tnax għalqet b’defiċit ta’ €362.3 miljun.