Wasal f’pajjiżna l-artist Harry Waters, it-tifel tal-fundatur leġġendarju Roger Waters tal-Pink Floyd, waħda mill-akbar bands ta’ kull żmien.
Hu wasal fl-Ajruport Internazzjonali Malta t-Tlieta waranofsinhar, jum qabel jagħti l-prestazzjoni tiegħu mat-tribute band Brit Floyd f’kunċert ieħor mill-Għaxaq Music Festival fl-Għaxaq Grounds.
Mal-wasal tiegħu f’Malta, hu qal lil ONE News li din mhix l-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna, hekk kif kien ġie f’Lulju tal-2006 meta missieru kien ta kunċert f’Pembroke u baqa’ jiftakar il-perjodu minħabba li ftit jiem qabel kienet tħabbret il-mewt tal-eks frontman tal-Floyd, Syd Barrett.
“I was here actually when Syd Barrett died, we were here. When was that? 15, 20 years, something like that. So, I have been here before.”
Harry Waters – Mużiċist, BRIT FLOYD
Hu qalilna x’baqa’ jiftakar l-iżjed minn pajjiżna.
“Fantastic, it was lovely, we hang out on the boat, sat on the beach. It was lovely. Did a gig, I can’t remember the gig, but I remember being on the water and you know, had a nice time.”
Harry Waters – Mużiċist, BRIT FLOYD
Staqsejnih dwar x’qed jistenna mill-kunċert tal-Erbgħa filgħaxija f’Ħal Għaxaq.
“Have fun playing music, you know and then we go home. That’s about it.”
Harry Waters – Mużiċist, BRIT FLOYD
Tkellimna wkoll ma’ Maltija residenti fir-Renju Unit, Francesca Galea, li qed takkumpanja lit-tribute band Brit Floyd fejn tagħti sehemha bħala backing vocalist.
Qaltilna li tinsab kuntenta li se tkun qed tagħti kunċert mal-band f’pajjiżha.
“Of course, very excited for tomorrow and very excited to bring this show home. For me, it is a full circle moment.”
Francesca Galea – Backing Vocalist, BRIT FLOYD
Galea qaltilna li wara l-kunċert f’Malta, imbagħad, il-grupp se jkun qed ikompli bit-tour tiegħu f’bosta pajjiżi oħrajn Ewropej.