“Tifla rrid”.
Hekk stqarr il-Prinċep Harry ftit wara li ħarġet l-aħbar li hu u martu, Meghan Markle, se jkollhom l-ewwel tarbija tagħhom.
Huwa żvela dan waqt żjara li l-koppja Rjali qed tagħmel fl-Astralja u l-inħawi tal-Paċifiku bħalissa.
Rapporti fil-midja internazzjonali spjegaw kif il-Prinċep qal dan wara li persuna mill pubbliku esprimiet ix-xewqa li prinċipessa ċkejkna tkun l-ewwel wild ta’ Harry u Meghan. Bi tbissima, il-Prinċep wieġeb li kellu l-istess xewqa.