Il-Viċi President Attwali tal-Istati Uniti, Kamala Harris, qalet li hija mħassba dwar is-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża, fejn ħafna nies qed ibatu jew jitilfu ħajjithom – meta kienet qed titkellem mal-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, f’Washington.
Din kienet l-ewwel żjara ta’ Netanyahu fil-White House, mill-2020. Huwa għamel ukoll diskors fil-Kungress Amerikan, fejn qal li se jirbaħ lil Hamas, u qal li dawk l-Amerikani li jopponi għal din il-Gwerra huma idjoti.
Huma ltaqgħu sabiex jiddiskutu l-Gwerra f’Gaża, u l-possiblità ta’ qbil ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Hamas.
“Ir-ritratti tat-tfal mejta u ddisprati, nies bil-ġuħ jaħarbu, għal darba, darbtejn, tlieta u erbgħa. Ma nistgħux ma nħarsux lejn dawn it-traġedji. Ma nistgħux ma nagħmlu xejn u jien mhux se noqgħod kwieta”, temmet tgħid Harris.