Rachna Sisodia ta’ 24 sena inħarqet ħajja waqt il-funeral tagħha. Il-kremazzjoni saret sigħat wara li t-tobba fi sptar Indjan f’Uttar Pradesh iċċertifikawha mejta minħabba infezzjoni fil-pulmun.
Żewġha, ta’ 23 sena, saq bil-katavru tagħha lejn post ta’ kremazzjoni, li kien sagħtejn bogħod. Iżda daħlu rapporti lill-Pulizija li xi ħadd beda jipprova joħroġha minn nirien għax issuspetta li kienet għadha ħajja. Minkejja li ma kinitx qed turi sinjali ta’ ħajja meta nħarqet, instabu biċċiet mill-ħruq fil-pipe tan-nifs u l-pulmun. Sinjali li kienet qed tieħu n-nifs meta nħarqet. Aktar tard it-tobba stabilixxew li mietet kawża ta’ xokk qawwi wara ħruq u mhux kawża ta’ infezzjoni il-pulmun.
Fi żvolta makabra oħra, iz-ziju tat-tfajla qed jakkuża lil żewġha u għaxart’irġiel oħra li stuprawha qabel ħarquha.