Tifel ta’ erbatax-il sena jbigħ is-saħħa spiċċa f’qiegħ ta’ sodda l-isptar wara li kelb tar-razza pitbull attakkah u gidmu.
Il-każ ġara t-Tnejn kmieni filgħodu fi Triq San Ġwann f’Bormla.
Iż-żagħżugħ, Jean Claude Vella ħareġ kaxxa bħala parti mill-iskart meta fil-pront anzjana li tiġi omm sid il-kelb kellha l-kelb mhux marbut b’ċinga.
Missier it-tifel, imbikkem b’dak li ġralu l-għażiż tiegħu, f’dik li suppost kienet bidu ta’ ġimgħa oħra ta’ xogħol, spjega lil ONE News x’ġara.
Vella spjega kif “Bgħatt it-tifel jarmi kaxxa u smajt għajjat kbir mit-tifel. Tlaqt niġri, sibt it-tifel fin-nofs u qalli gidimni kelb. Rajt mara anzjana bil-kelb, insomma u beda jgħidli ħudni l-isptar, ħudni l-isptar, it-tifel.”
Missier il-vittma spjega lil dan l-istazzjon kif meta sema’ l-għajjat għal bidu ħaseb li t-tifel itajjar minn karozza.
Magħna kompla jsostni t-trawma li għadda minnha iżda fuq kollox trawma akbar għal ibnu li se jibqa’ jġorrha ħajtu kollha.
Il-missier qal li “U xħin ħarist lejn siequ rajt il-laħam barra, ta’ siequ u biex ma jintilifliex minn sensih bqajt inkellmu, bdejt ngħidlu m’għandek xejn imma trawma kbira.”
Leticia Chetcuti, iz-zija tal-vittma u li permezz ta’ ritratt fuq il-profil tagħha fuq facebook ħarġet din l-esperjenza xejn sabiħa ta’ dan iż-żagħżugħ fil-fjur ta’ ħajtu aċċennat li l-familja m’għandha xejn kontra l-annimali.
Spjegat li “Naċċennaw li aħna m’għandna xejn kontra l-kelb iżda kontra s-sidien irresponsabbli tal-annimali. Il-klieb għandhom jinħarġu, għalija jiena; mhux biċ-ċinga biss, jekk dawn il-klieb huma perikolużi għal ċittadini oħrajn, għandhom jinħarġu bis-sarima.
Missier it-tifel żied jisħaq dwar il-ferita li ġarrab it-tifel.
Qal kif ibnu “Għandu ferita kbira fiż-żewġ saqajn għandu l-feriti. Għax lit-tifel qalbu ma’ l-art. Lit-tifel qalbu mal-art.”
Dan l-istazzjon huwa infurmat li l-kelb kellu ċ-ċippa u uffiċjali mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali raw il-kelb u identifikaw is-sid.
Id-dettalji għaddew għand il-pulizija b’sorsi qrib l-investigazzjoni qalu lil ONE News li meta ppreżentat b’ritratt tal-ferita fonda f’saqajn it-tifel, sid il-kelb ċaħad dan u qal li r-ritratt mhux awtentiku hekk kif skont hu dawk il-feriti ma humiex riżultat tal-gidma tal-kelb tiegħu.
Tifel imbiċċer wara gidma ta’ pitbull f’Bormla
Tifel ta’ 14-il sena safa’ aggredit minn pitbull għall-ħabta tal-05:15 ta’ dalgħodu. Kienet qariba tat-tifel li fuq il-midja soċjali kitbet dwar dan l-inċident u appellat biex tittieħed azzjoni. Missier il-vittma spjega ma’ ONE News li l-inċident seħħ fi Triq San Ġwann f’Bormla wara li t-tifel, Jean Claude Vella, ħareġ